Liturġija Domestika

Sussidju Liturġiku

Xandar il-kelma,
kun preparat f’waqtu u barra minn waqtu,
ikkoreġi, widdeb, wissi, bis-sabar kollu u bit-tagħlim.

2 Timotju 4: 2

Merħba

Merħba għal dan is-sussidju liturġiku. Qegħdin ngħixu żmien partikolari li qiegħed jitlob minna bidliet drastiċi fir-rutina ta’ ħajjitna. Iċ-ċirkostanzi preżenti, fost l-oħrajn, ma jippermettux li niltaqgħu u niċċelebraw il-liturġija f’Jum il-Mulej fil-komunitajiet tagħna. Għaldaqastant, aktar minn qatt qabel, dan iż-żmien ta’ insigurta’ iqajjem fina il-bżonn li nniżżlu l-għeruq tagħna sew fi Kristu Ġesu’, u ningħaqdu fit-talb komunitarju. Dan is-sussidju għandu joffri għajnuna sabiex il-Kelma tal-liturġija tal-Ħadd tiġi ċċelebrata fid-djar, u b’hekk ningħaqdu fl-Ispirtu u fl-għarfien li kull min jiekol mill-istess Kelma huwa sħiħ fi Kristu. Permezz tat-talb fil-familja, dan iż-żmien jgħinna niskopru ukoll il-komunita’ domestika: l-ewwel benniena tal-fidi.

Qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir:
illum twildilkom Salvatur, Kristu l-Mulej!

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna ...

Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej:
ħa jsir minni skont kelmtek!

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna ...

L-Ispirtu ta’ Sidi l-Mulej fuqi:
biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Ħejju t-triq tal-Mulej,
iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu:
u l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Intom ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis,
biex ixxandru t-tifħir ta’ dak li sejħilkom mid-dlam
għad-dawl tiegħu tal-għaġeb.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

L-Ispirtu tal-verità jixhed għalija, jgħid il-Mulej;
u intom ukoll tixhdu.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema, jgħid il-Mulej;
jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu,
lil Alla li hu, u li kien, u li għad irid jiġi.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Ejja, Spirtu s-Santu,
imla l-qlub tal-fidili tiegħek
u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Morru agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, jgħid il-Mulej.
Jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, jgħid il-Mulej;
u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja,
jgħid il-Mulej;
ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Jiena r-ragħaj it-tajjeb, jgħid il-Mulej;
jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi,
u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Mulej, Ġesù, fissrilna l-Iskrittura;
ħeġġilna qalbna, int u tkellimna.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Tumas, emmint għax rajtni, jgħid il-Mulej;
henjin dawk li ma rawx u emmnu.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Dan huwa l-lejl li fih Kristu qered il-Mewt
U qam rebbieħ fuq is-setgħa tal-ħażen!

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Il-Ħaruf tal-Għid tagħna,
li hu Kristu, hu maqtul:
nagħmlu mela festa fil-Mulej.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Minħabba fina Kristu obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Nagħtikom kmandament ġdid,
jgħid il-Mulej:
li tħobbu lil xulxin, bħalma ħabbejtkom jien.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Is-sliem għalik, Sultan tagħna,
li qgħadt għar-rieda ta’ Missierek:
ħaduk biex isallbuk,
bħal ħaruf ġwejjed għall-qatla.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Is-sliem għalik, Sultan tagħna, li qgħadt għar-rieda ta’ Missierek:
ħaduk biex isallbuk, bħal ħaruf ġwejjed għall-qatla.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Is-sliem għalik, Sultan tagħna,
int biss ħennejt għalina fl-iżbalji tagħna.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Minħabba fina Kristu obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Jiena hu l-qawmien u l-ħajja.
Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix;
u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Issebbaħ ruħi l-Mulej
Jithenna fih l-ispirtu tiegħi
Għax ħares lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu
U ħwejjeg kbar għamel miegħi

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …

Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;
min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.

> Agħfas hawn biex tidħol fil-paġna …