Isma’ talbna O Mulej
O Kristu inti s-saċerdot Etern* li tajt ħajtek għalina
Għallimna noffru miegħek* lilna nfusna.
O Kristu inti kellek xewqa kbira tiċċelebra* din l-aħħar ikla tal-Għid
Għamel li dejjem niċċelebraw* das-sagrament b’tifkira tiegħek.
O Kristu dan hu l-jum* tal-imħabba l-aktar kbira
Għallimna nħobbu* u ninbnew f’komunità ħajja.
O Kristu inti r-ragħaj it-tajjeb* li tajt ħajtek għalina
Għallimna nfittxu miegħek* in-nagħaġ il-mitlufa.
O Kristu inti l-ħaruf veru* li ġejt offrut b’sagrifiċċju
Għamel li miegħek ngħixu* u nidħlu fl-Għid ta’ dejjem.
Bħal-lum Mulej inti tajtna b’rigal il-ġisem u d-demm tiegħek biex tibqa’ dejjem magħna bħala ikel u xorb tagħna. Maħfra Mulej, ta’ kemm aħna m’apprezajniex dan id-don hekk kbir li inti tajtna fis-sagrament tal-imħabba. Mulej ħniena
Bħal-lum Mulej inti tajtna r-rigal tas-saċerdoti biex jamministraw il-misteri qaddisa. Maħfra Mulej ta’ kemm aħna ma konniex ta’ għajnuna għalihom fil-qadi tal-ministeru tagħhom. Kristu ħniena
Bħal-lum Mulej inti ħsilt saqajn l-appostli b’sinjal ta’ umiltà u ta’ servizz lill-aħwa. Maħfra Mulej ta’ kemm aħna ħsibna biss fija nfusna u nsejna l-bżonnijiet ta’ dawk ta’ madwarna. Mulej ħniena
Ġesù hu r-ragħaj tiegħi,
Xejn ma jonqosni.
F’mergħat kollhom ħdura
Jeħodni nistrieħ.
Ħdejn l-ilma tal-ħajja,
Bi kliemu jrejjaqni.
Fis-sewwa jmexxini,
Ibegħedni mill-hemm.
Kull fejn immur, jien nimxi warajh.
Din ħajti rrid nerħi f’idejh.
Ġesù Hu r-ragħaj tiegħi,
Isejjaħ u nwieġbu.
Immur fejn jeħodni, qatt ma nħallih.
Ukoll jekk xi drabi kollox jiddallam,
Ma nibżax mill-ħsara,
Ma nibżax mill-għawġ,
Għax naf li maġenbi
Hemm Kristu jħarisni;
B’imħabbtu jwennisni,
Hawn miegħi kull ħin.
Kull fejn immur…
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.
Kienu qegħdingħall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad ferra’ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.
Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?”. Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem”. Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!” Wieġbu Ġesù: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi”. Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll”. Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll”. Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal: “M’intomx ilkoll indaf”.
Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann (Ġw 13, 1-15)
Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.
Kienu qegħdingħall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad ferra’ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.
Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?”. Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem”. Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!” Wieġbu Ġesù: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi”. Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll”. Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll”. Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal: “M’intomx ilkoll indaf”.
Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. 15Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
O Alla,
Kun mal-Knisja tiegħek hekk kif permezz tal-Ispirtu tiegħek, u fuq l-eżempju ta’ Sidna Ġesu’ tkompli taħsel is-saqajn ta’ dawk kollha li fil-mixi tagħhom jiltaqgħu ma telf u tiġrib. Għamel li l-komunita’ nisranija tkun dejjem lesta tilbes il-fardal u taqdi lill-bniedem b’imħabba kbira.
Bi Kristu Sidna.
Ammen.
Well done!!! Thanks
Thank you so much and God bless you.
Grazzi hafna
God bless