Mulej Ġesu’,
Inti li għoġbok issejjaħ lil Pietru għall warajk, anke jekk inti kont konxju ta’ dgħjufija u nuqqas tiegħu. Agħtina il-grazzja li aħna wkoll nagħrfu id-dgħjufija tagħna filwaqt li niġu quddiemek, inġorru l-istess tbatija b’tama ta’ salvazzjoni.
Ammen.
Bierek ruħ tiegħi, bierek lill-Mulej
U la tinsiex
Il-ġid li għamel miegħek.
Tinsiex il-ġid kbir
Li għamel miegħek.
Hu li jaħfer dnubietek kollha,
Li jfejjaq il-mard tiegħek,
Jifdi ’l-ħajtek mill-qabar,
Iħaddnek bit-tjieba u l-fedelt・
Bierek ruħ tiegħi …
Ħanin u twajjeb il-Mulej.
Idum ma jagħdab, kollu mogħdrija.
Ma joqgħodx
Jitlewwem magħna għal dejjem.
Ma mexiex magħna skont dnubietna.
Bierek ruħ tiegħi …
Daqskemm huma s-smewwiet
’l fuq mill-art,
Hekk hi kbira tjubitu magħna.
Daqskemm hu mbiegħed
Il-Lvant mill-Punent,
Hekk Hu jbiegħed minna
Il-ħtijiet tagħna.
Bierek ruħ tiegħi …
Bħal ma jħenn il-missier għal uliedu,
Hekk ħenn il-Mulej għalik.
Għax Hu jaf kif aħna magħġuna,
Jiftakar li aħna dgħajfin.
Bierek ruħ tiegħi …
Bierkuh għemejjel kollha tiegħu.
Kullimkien fis-Saltna tiegħu.
Bierek lill-Mulej ruħ tiegħi.
Faħħru għal dejjem ta’ dejjem.
Bierek ruħ tiegħi …
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann (Ġw 13, 21-33.36-38)
F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini”. Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: “Għal min qiegħed jgħid?”. Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: “Min hu, Mulej?”. Wieġbu Ġesù: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu”. Imbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota. Ġuda ħa l-biċċa ħobż u daħal fih ix-Xitan. Qallu Ġesù: “Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx”. Imma ħadd minn dawk li kienu fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu hekk. Billi Ġuda kien il-kaxxier, xi wħud stħajlu lil Ġesù jgħidlu: “Mur ixtri dak li neħtieġu għall-festa”, jew biex imur jagħti xi ħaġa lill-foqra. Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ ’il barra. Kien billejl.
Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu”. Qallu Xmun Pietru: “Fejn sejjer, Mulej?”. U Ġesù wieġbu: “Fejn sejjer jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard”. Qallu Pietru: “Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa? Għalik jiena nagħti ħajti!”. Wieġbu Ġesù: “Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet!”
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
O Alla,
Bħal Pietru aħna wkoll ninsabu f’battalja bejn il-biża u il-fidi. Għatina li grazzja li nemmnu li l-imħabba tiegħek biss hija kbira biżżejjed li tinkludihom it-tnejn, sabiex l-istess dnub tagħna jinbidel f’opportunita’ li niltaqgħu mal-ħniena infinita tiegħek.
Ammen.