Matul dil-ġimgħa hekk importanti għan-Nisrani, u fl-assenza ta’ ċelebrazzjonijiet fiżiċi ser nkunu qed nipprovdu din il-Liturgija Domestika bħala podcast, li tista’ tismagħha waqt li qiegħed tirrifletti waħdek jew m’oħrajn. Hawn taħt tistgħu wkoll issibu xi materjal anċillari li jista’ jghinek fir-riflessjoni.
Agħfas play biex issegwi. Biex tniżżel (download) dan il-podcast fuq il-computer, agħfas hawn.
Isma talbna O Mulej
O Kristu inti s-saċerdot Etern * li tajt ħajtek għalina
Għallimna noffru miegħek * lilna nfusna.
O Kristu inti kellek xewqa kbira tiċċelebra * din l- ikla tal-Għid
Agħmel li dejjem niċċelebraw* das-sagrament b’tifkira tiegħek.
O Kristu dan hu l-jum * tal-imħabba l-aktar kbira
Għallimna nħobbu * u ninbnew f’komunità.
O Kristu inti r-ragħaj it-tajjeb * li tajt ħajtek għalina
Għallimna nfittxu miegħek* in-nagħaġ il-mitlufa.
O Kristu inti l-ħaruf veru * ġejt offrut b’sagrifiċċju
Agħmel li miegħek ngħixu * u nidħlu fl-Għid ta’ dejjem.
O x’ħaġa ħelwa u sabiħa
Li l-aħwa jgħammru fl-imħabba.
Hi bħal żejt imsawwab fuq ir-ras
Li jfewwaħ il-wiċċ kollu. x2
O x’ħaġa ħelwa u sabiħa …
Hi bħal żejt li jinżel mal-leħja
Sa fuq il-għonq ta’ ħwejġu. x2
O x’ħaġa ħelwa u sabiħa …
Hi bħal nida mill-Hermon li tinżel
Fuq il-għoljiet ta’ Sijon. x2
O x’ħaġa ħelwa u sabiħa …
Hemm il-Mulej bagħat il-barka tiegħu
U l-ħajja ta’ dejjem. x2
O x’ħaġa ħelwa u sabiħa …
Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann (Ġw 13, 1-15)
Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.
Kienu qegħdingħall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad ferra’ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.
Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?”. Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem”. Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!” Wieġbu Ġesù: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam miegħi”. Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll”. Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll”. Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal: “M’intomx ilkoll indaf”.
Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. 15Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu