Ironikament, jien noqgħod is-Swatar jiġifieri m’għandix bogħod għall-Oratorju, imma l-grupp taż-żgħażagħ u l-attivitajiet li jsiru l-MSSP skoprejthom sentejn ilu meta ħabib tiegħi kien stiedinni għal youth mass li ssir kull xahar.
Meta kont żgħira kont immur l-Oratorju mal-ġenituri kull nhar ta’ Sibt għall-quddies għax is-Swatar konna għadna bla knisja. Iżda niftakar, l-ewwel darba li erġajt mort sentejn ilu lanqas kont għaraftha l-knisja minn ġewwa. Inbidlet totalment minn kif niftakarha jien, vera saret welcoming bis-siġġijiet komdi u bl-aircondition.
Apparti mill-atmosfera ta’ barra, l-iżjed ħaġa li laqtitni kienet li n-nies hemmhekk laqgħuni mill-ewwel. Dil-ħaġa lili tiġbidni ħafna għax jien tfajla b’diżabbilita’ u mhux kull fejn immur inħossni milqugħa bħalma nħossni l-MSSP. Kont ili ndur gruppi, fosthom iż-ŻAK u l-mużew u l-kapuċċini fost l-oħrajn. Il-mużew kienu jgħinuni ħafna kieku iżda meta għalaqt it-18 -il sena qaluli ma tistax tiġi aktar minħabba d-diżabbilita’.
Mhux quddiesa komuni bħall-oħrajn, hi quddiesa ħajja, biż-żgħażagħ idoqqu u jkantaw diski allegrużi biex il-quddies ma tibqax boring. Il-qassisin fl-omeliji jpoġġu quddiemna realtajiet li kull żagħżugħ u żagħżugħa tgħaddi minnhom illum il-ġurnata u jisfidawna biex ma nkunux biss insara tal-isem. Iżda nkunu nsara ta’ stoffa li kapaċi mmorru kontra l-kurrent u nżommu l-prinċipji tagħna mingħajr ma nidhru antikwati.
Kienet daqqa ta’ ħarta kbira għalija għax kont spiċċajt bla ħbieb. Minn dejjem kont bniedma li nħobb l-akkumpjanjament spiritwali, allura meta smajt li fejn noqgħod jien kien fetaħ iż-ŻAK mort biex nara x’hemm. Domt immur xi sena u nofs imma qatt ma laqatni daqshekk kont narah mhux organizzat u għal xi raġuni qatt ma ntegrajt sew mal-grupp.
Ftit wara ltqajt ma’ ħabib tiegħi li ħajjarni biex nibda mmur grupp li kien immexxi mill-Kapuċċini fejn għadni mmur sallum, jiġifieri ili 6 snin immur issa. Nieħu gost immur hemm ukoll. Imma l-unika żvantaġġ li għandi hu li huwa l-Kalkara, jiġifieri għalija mis-Swatar hu daqsxejn ‘il bogħod.
Għalhekk meta sieħbi qalli bl-oratorju ħadt gost ħafna għax viċin u mhiex daqshekk problema biex immur. Kif għidt fil-bidu, l-ewwel darba li mort kienet youth mass. Bqajt impressjonata bl-ammont kbir ta’ żgħażagħ li kien hemm. Wiċċhom kien mixgħul u jiddi b’ferħ li kien ġej mill-qalb. Ferħ li tant ittieħidt minnu li bdejt nistenna dil-quddies minn xahar għal xahar.
Mhux quddiesa komuni bħall-oħrajn, hi quddiesa ħajja, biż-żgħażagħ idoqqu u jkantaw diski allegrużi biex il-quddies ma tibqax boring. Il-qassisin fl-omeliji jpoġġu quddiemna realtajiet li kull żagħżugħ u żagħżugħa tgħaddi minnhom illum il-ġurnata u jisfidawna biex ma nkunux biss insara tal-isem. Iżda nkunu nsara ta’ stoffa li kapaċi mmorru kontra l-kurrent u nżommu l-prinċipji tagħna mingħajr ma nidhru antikwati.
Pero’ l-iżjed ħaġa li lili personali emozzjonanti bil-kbir ma kinitx il-quddiesa. Fiż-żmien tar-randan jiġu organizzati l-eżerċizzi għaż-żgħażagħ, ovvjament jien kelli ġenn biex immur għax bsart li ħa jkunu tajbin ħafna. Biss fejn kienu ħa jsiru kien hemm sular taraġ u jien ma nistax nitla’ taraġ minħabba li ma nimxix. Meta tkellimt ma’ Fr. Martin dwar il-problema li kelli, dan qalli tinkwieta xejn, issa nerfgħuk aħna!
U hekk għamlu refgħuni 5 ġuvintur il-5 tijiem sħaħ! Vera ħassejtni milqugħa u ntegrajt sew maż-żgħażagħ li jattendu, anke kellna ġurnata Għawdex ħaduni magħhom ma qatgħux qalbhom ħabba d-diżabbilita’ li għandi u vera apprezzajt!
Għalija l-MSSP sibt familja oħra li taċċettani kif jien u doqt kemm hu ħelu u tajjeb il-Mulej hemmhekk.