It-Tieni Ħadd tal-Għid

Talba ta' Introduzzjoni

Mulej Ġesu,

Inti infaħt fuq l-appostli ħajja ġdida permezz tal-Ispirtu Qaddis tiegħek, u bdilt il-biża tagħhom f’ferħ. Għamel li l-istess Spirtu tiegħek jgħammar fil-Knisja kull fejn hi miġbura illum fil-jum tal-Għid, sabiex jagħmel minnha sinjal ta’ ħajja ġdida.

Ammen.

Salm 118

Isma' dan is-Salm kantat billi tagħfas play.

Alleluia, Alleluia, Alleluia.

Faħħru lil Mulej għaliex hu tajjeb,
Għax it-tjieba tiegħu għal dejjem.
Ħa jgħid Iżrael:
It-tjieba tiegħu għal dejjem.

Alleluia, Alleluia, Alleluia.

Il-leminija tal-Mulej marret minn fuq.
Il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!
Ma mmutx, imma ngħix,
U nħabbar l-egħmejjel tal-Mulej.

Alleluia, Alleluia, Alleluia.

Il-ġebla li warrbu l-bennejja
Saret il-ġebla tax-xewka.
Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:
Ħaġa ta’ l-għaġeb f’għajnejna.

Alleluia, Alleluia, Alleluia.

Dan hu il-Jum li għamel il-Mulej,
Ħa nifirħu u nithennew fih
Ejja, nitolbuk Mulej salvana
Ejja, nitolbuk agħatina r-risq.

L-Evanġelju

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann (Ġw 20, 19-31)

Dakinhar fil-għaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma”.

Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna lill-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx”. Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”.

Imbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen”. Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”. Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu”.

Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li m’humiex imniżżla f’dan il-ktieb. 1Iżda dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta’ Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

Mistoqsijiet ta' Riflessjoni

Ieqaf ftit ma dan it-test...
  1. Ġesu sellem lill-appostli bit-tislima “Il-Paċi Magħkom”. Kemm nixtieq mill-qalb il-paċi lil ta’ madwari?
  2. L-Ispirtu s-Santu jagħti qawwa speċjali lill-appostli u minn persuni ġwejda għamel minnhom persuni kuraġġużi. Kemm nitolbu l-Ispirtu s-Santu sabiex jagħmel minni persuna mimlija bid-doni tiegħu?
  3. Permezz tal-appostli Ġesu waqqaf is-sagrament tar-rikonċ Meta inkun imtaqqla bin-nuqqasijiet tiegħi, inkun lest nistqarrhom sabiex nikseb il-ħelsien mill-ġdid?
  4. Tumas emmen għax ra. Stqarr li jekk ma jarax u ma jmiss, ma jemminx. Aħna ma rajniex imma nemmnu. Kemm hi profonda l-fidi tagħna?
  5. Lil dawk ta’ madwarna x’messaġġ ta’ fidi qegħdin nagħddulhom? Qegħdin inkunu ta’ eżempju ħaj, jew nibqgħu biss fuq il-qoxra ta’ barra?

Riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-Ħadd

Talbiet ta' Interċessjoni

  1. Mulej, aħna wkoll kultant ningħalqu fina nfusna għax inkunu mbeżżgħin u inċ Għalhekk nitolbuk biex tidħol int u tagħtina il-kuraġġ li nqumu u nkomplu bil-mixja tagħna warajk. Nitolbu.
  2. Mulej Ġesu’, int il-prinċep tal-paċi, ejja u sawwab fuqna il-paċi tiegħek sabiex aħna nkunu nistgħu ngħadduha lil ħaddieħ Nitolbu.
  3. “Kif il-Missier bagħat lili hekk jien nibgħat lilkom”: agħmel Mulej li aħna nieħdu dan il-kmand bis-serjeta’ u inkunu xhieda tiegħek kull fejn inkunu.
  4. Mulej, int ma kkundannajtx lil Tumas fid-dubju tiegħu, imma ressaqt idejh lejn il-feriti tiegħ Nitolbuk tagħmel l-istess magħna meta ninħakmu mill-inċertezza. Nitolbu.
  5. Mulej, int sejjaħtilna mbierka għaliex nemmnu bla ma naraw. Nitolbuk tgħinna nkomplu nissaħħu fil-fidi.
  6. Ġwanni il-Battista qal fuqek li inti tgħammed, mhux bl-ilma, imma bl-Ispirtu. Nitolbuk terġa’ timlina b’dan l-Ispirtu sabiex ikun ta’ sostenn għalina fil-mixja tal-fidi tagħ Nitolbu.

HU QAM MILL-MEWT (Live)

Hu qam mill-mewt,
Hu qam mill-mewt
Hu qam mill-mewt, alleluia!
Alleluia, alleluia, alleluia,
Hu qam mill-mewt!

Il-mewt, fejn hija l-mewt?
Fejn hija l-mewt tiegħi?
Fejn hija r-rebħa tagħha?

Hu qam mill-mewt

Nifirħu, aħwa nifirħu,
Għax jekk aħna llum ninħabbu,
Dan għax hu qam mill-mewt.

Hu qam mill-mewt

Inroddu ħajr lill-missier,
Li jeħodna fis-saltna tiegħu,
Fejn ngħixu bl-imħabba!

Hu qam mill-mewt

Jekk aħna mmutu miegħu,
Miegħu aħna ngħixu,
Inkantaw miegħu; alleluia.