It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

Matul dil-ġimgħa hekk importanti għan-Nisrani, u fl-assenza ta’ ċelebrazzjonijiet fiżiċi ser nkunu qed nipprovdu din il-Liturgija Domestika bħala podcast, li tista’ tismagħha waqt li qiegħed tirrifletti waħdek jew m’oħrajn. Hawn taħt tistgħu wkoll issibu xi materjal anċillari li jista’ jghinek fir-riflessjoni.

Agħfas play biex issegwi. Biex tniżżel (download) dan il-podcast fuq il-computer, agħfas hawn.

Antifona

Ħenn għalina O Mulej.

O Kristu int mort * għand Marta, Marija u Lazzru.
Għallimna dejjem ngħożżu * ir-rigal tal-ħbiberija.

Marija dilket il-ġisem tiegħek * b’żejt ifuħ li jiswa ħafna.
Agħmel li aħna nxerrdu * ma’ kullimkien il-fwieħa tiegħek.

Marta bdiet isservi * fuq il-mejda tal-ospitalità u l-ħbiberija.
Agħtina l-grazzja li naqdu * lil ħutna fil-bżonn.

Ġuda ma għarafx id-don * tal-ġenerożità ta’ Marija.
Agħtina qalb li tifhem * l-imħabba tal-oħrajn.

Psalm 84

How lovely is Your dwelling place
O, Lord, mighty God, Lord of all.

Even the lowly sparrow finds a home for her brood,
and the swallow, a nest for herself
where she may lay her young
in Your altars, my King and my God.

How lovely is Your dwelling place…

Blessed are they whose dwelling is Your own, Lord of peace.
Blest are they refreshed by springs and by rain
when dryness daunts and scathes.
Behold my Shield, my King and my God.

How lovely is Your dwelling place…

I would forsake a thousand other days anywhere
if I could spend one day in Your courts,
belong to You alone.
My strength are You alone,
my Glory, my King and my God.

How lovely is Your dwelling place…

L-Evanġelju

Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann (Ġw 12, 1-11)

 

Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur,
tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ.

Ġuda l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal: “Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?”. Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kulma kienu jaqilgħu.

Qallu Ġesù: “Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi. Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni”.

Kotra kbira ta’ Lhud saru jafu li hu kien qiegħed hemm, u marru mhux biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet. Għalhekk il-qassisin il-kbar ftiehmu li joqtlu lil Lazzru wkoll, għax minħabba fih ħafna mil-Lhud bdew jitilquhom u jemmnu f’Ġesù.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu